Crash Bandicoot, Spyro u Resident Evil, fost oħrajn!

 Crash Bandicoot, Spyro u Resident Evil, fost oħrajn!

Il-PlayStation 1 kellha xi logħob li verament ma nistgħux ninsew, u hemm ftit li spikkaw bħala l-favoriti ta’ kulħadd!

Crash Bandicoot huwa naturalment fuq nett tal-lista. Dan il-bandicoot oranġjo tana xi wħud mill-aktar sfidi sbieħ (u frustranti) li qatt rajna. Jekk tridx taqbeż qabza sabiex tevita l-għedewwa, biex tkisser dik il-kaxxa speċifika jew inkella xi tellieqa mal-ħin, dawn xorta waħda għamlu l-logħba sodisfaċenti meta finalment irnexxielek tagħmilha.

Imbagħad hemm Spyro the Dragon. Dan id-dragun vjola kien eroj tat-tfulija għal ħafna, itir minn dinja għall-oħra, jaħraq l-għedewwa, u jiġbor il-ġojjelli. Is-sens ta’ open world għamlu l-logħba eċċitanti biex tesplora.

Għal dawk li jħobbu l-logħob tal-ġlied, Tekken 3 kienet indispensabbli. Kemm jekk kont qed tagħfas buttuni bl-addoċċ biex terbaħ mal-ħbieb jew tikkontrolla l-combos tal-karattru favorit tiegħek, din il-logħba żammet lin-nies marbutin magħha!

U min jista’ jinsa Resident Evil? Dan il-logħba ġabet l-orrur fuq livell ġdid fuq il-PS1. Tidħol f’Raccoon City, issolvi l-puzzles, u tiġġieled kontra zombie—kienet tensjonanti u eċċitanti, dejjem on the go biex tara jekk hemmx xi zombie jistaħba wara l-kantuniera!

Żgur mhux forsi dawn il-logħob klassiċi tal-PS1 għadhom jokkupaw post speċjali f’qalb kull gamer!

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com