Pultruna u kelma ma tonqosx!

 Pultruna u kelma ma tonqosx!

Xi żminijiet dawk li kont ngħaddi mit-toroq ta’ ħafna rħula u bliet u nara ġirien barra quddiem darhom.

Dik id-drawwa kienet komuni fi żminijiet Sajfin fejn kulħadd jintefa’ barra fuq il-pultruna. It-tfal jintefgħu jilagħbu bil-ballun jew noli, hekk kif l-adulti jintefgħu jitkellmu u xejn ma jwaqqafhom. Jitkellmu fuq kollox; jekk hux fuq il-festa, il-ġirien li siefru, il-ħanut tal-kantuniera, Ċikka li toqgħod faċċata, kemm hi qalbha tajba l-għalliema tat-tifel jew jekk kif ġennunuhom it-tfal, suġġett kienu jsibu żgur. Jekk ma jsibux fuq xiex jitkellmu; jispiċċaw jilagħbu logħba karti jew tombla, jew anke jgħidu r-Rużarju flimkien.

Ħasra li din m’għadix tiġri daqshekk. Inħossni tajjeb li għadni nżur lokalitajiet bħal Birgu, Belt Valletta, Floriana u Żejtun li nara nies jitkellmu u josservaw il-madwar. Inħossni ta’ privileġġ għaliex inħoss li qiegħed ngħix il-ħajja li kienu jgħixu l-ġenituri tiegħi. Dawn l-elementi ta’ komunità għandhom jagħmluna kburin li aħna minn gżira daqshekk żgħira b’tradizzjonijiet uniċi!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com