Weġġa’ wara Li Taret Biċċa Njama Waqt Li Kien Qed Jaħdem F’Garaxx Fl-Għasri
Raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġa’ waqt li kien qed jaħdem f’garaxx f’Wied Sara, fl-Għasri.
Il-każ ġara wara nofsinhar u għal xi 14.45 il-Pulizija kienu infurmati mid-Dipartiment tas-Saħħa, li aktar kmieni kienu assistew raġel li weġġa’ għax intlaqat minn biċċa njama li taret minn magna li kien qed jaħdem biha.
Issejjaħ tim mediku fuq il-post li taw l-ewwel għajnuna filwaqt li aktar tard, kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji mill-isptar t’Għawdex.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Dr Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Ritratt: TVM.com.mt