10 żbalji li qed tagħmel issa li se jiddispjaċik tagħhom ‘il quddiem…

 10 żbalji li qed tagħmel issa li se jiddispjaċik tagħhom ‘il quddiem…

Ħadd ma jixtieq li meta jkun qed iħares lura lejn ħajtu jiddispjaċih tad-deċiżjonijiet li jkun ħa. Kemm jekk forsi mhux qed ninvestu biżżejjed ħin f’relazzjonijiet importanti, jekk qed nibqgħu nħaddnu ideoloġiji qodma, jew inħallu l-biża’ twaqqafna milli naġixxu. L-għażliet li nieħdu…jew li ma nevitaw, jaf iwassluna sabiex jiddispjaċina aktar ‘il quddiem. Hawn taħt se ssibu 10 żbalji komuni li nagħmlu, u kif nistgħu nevitawhom.

  1. Ma nqattgħux biżżejjed ħin mal-persuni ġusti – dawwar lilek inniffsek b’persuni li jinkoraġġuk u evita lil dawk li joħonqulek l-enerġija. Ħin ta’ kwalità mal-persuni li nħobbu u jħobbuna m’għandek tibdlu ma’ xejn.
  2. Ma nesprimux l-imħabba tagħna b’mod miftuħ – toqgħodx tistenna lil xi ħaddieħor jgħidlek li jħobbok qabel ma tgħidlu inti. Il-ħajja wisq qasira biex iżżomm is-sentimenti tiegħek misturin.
  3. Nibbażaw il-valur tagħna fuq l-opinjoni ta’ ħaddieħor – il-valur tagħna huwa xi ħaġa li nsibu fina nnifisna, u m’għandniex nieħdu l-opinjoni ta’ ħaddieħor bħala fatt.
  4. Nippruvaw nimpressjonaw lill-oħrajn – għix għalik inniffsek u mhux biex timpressjona lil ħaddieħor.
  5. Inħallu l-inċertezza żżommna lura – l-inċertezza hija parti mill-ħajja, xi kultant l-aktar mumenti sbieħ jiġu meta nieħdu riskju.
  6. Niffukaw fuq meta fallejna minflok fuq l-opportunitajiet – kull falliment jgħallmek xi ħaġa, tħallix żball itappanlek is-suċċess.
  7. Niffissaw fuq l-ideali – għandek tabbanduna aspettattivi qodma u tilqa’ opportunitajiet ġodda.
  8. Nilagħbuha tal-vittma – ħu kontroll ta’ ħajtek billi tirrifjuta li toqgħod titħassar lilek inniffsek.
  9. Noqgħodu nanalizzaw kollox b’mod eżaġerat u mingħajr ma nieħdu azzjoni – ħu azzjoni deċiżiva u toqgħodx tistenna l-kundizzjonijiet perfetti u ideali.
  10. Ikollna wisq x’nagħmlu biex napprezzaw il-ħajja – ħu pawża u apprezza dak li jagħmel il-ħajja sabiħa.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com