Burger tad-dundjan servuta mal-patata

 Burger tad-dundjan servuta mal-patata

Filmat tar-riċetta hawn

Ħafna drabi, meta naħsbu f’burger, moħħna imur għal dik il-pulpetta li nixtru, u tisġiċċa moqlija deep fried fiż-żejt. Għalhekk, min hu konxju ta’ x’ikun qed jiekol, ħafna drabi jevita milli jiekol burger. Madankollu, burger li tagħmel int, ukoll tista’ tkun tajba għal saħħtek. Dan jekk l-ingredjenti li tuża biex tifforma l-burger, ikunu dawk bnini . Aktar minn hekk, minflok taqli l-burger fiż-żejt, tista’ tagħmilha fil-forn jew mixwija, jew tagħmilha fit-taġen fit-taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa. F’din ir-riċetta, se nużaw laħam li huwa nieqes mix-xaħam, il-laħam tad-dundjan. U se nservu l-burger flimkien ma’ ftit patata

Ingredjenti għall-patata

2 patatietCatania & Cini Ltd
2 imgħaref żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Mild curryLamb brand & Loaded Pantry
Smoked PaprikaLamb brand & Loaded Pantry
KlinLamb brand & Loaded Pantry
Bżar u melħLamb brand & Loaded Pantry

Ingredjenti għall-burger

200 gramma kapuljat tad-dundjanChurchill Master Butchers
Nofs basla mqatta’ rqiq ħafna – Catania & Cini Ltd
Nofs bżaru aħdar imqatta’ rqiq – Catania & Cini Ltd
Mild CurryLamb brand & Loaded Pantry
Smoked paprikaLamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina tursin frisk –Catania & Cini Ltd
żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Ġobon cheddarAttard & Co

Mgħarfa Sriracha sauceAttard & Co
2 imgħaref mayonnaiseAttard & Co
Ħass
Tadam

Metodu tal-patata

1) Aħsel il-patata u qattagħha bil-qoxra b’kollox
2) Ferrex fuqha iż-żejt taż-żebbuġa
3) Ferrex il-ħwawar ( smoked paprika, curry, klin, bżar u melħ) skont kemm tiggosta u ħawwad sew biex il-patata kollha tieħu t-togħma
4) Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 200 Grad Celcius għal 25 minuta

Metodu tal-burger

1) F’reċipjent, itfa’ l-kapuljat u żid il-basla u l-bżaru aħdar
2) Roxx ftit curry u smoked paprika skont kemm tiggosta
3) Żid it- tursin frisk
4) B’idejk ifforma f’forma ta’ burger
5) F’taġen saħħan ftit żejt taż-żebbuġa, u ibda aqli l-burger. Dawwar biex isiru sew miż-żewġ naħat
6) Poġġi biċċa ġobon cheddar fuq kull burger

Wara:

1)F’reċipjent separat itfa’ sriracha sauce u l – mayonnaise u ħawwad sew
2) Aqsam ħobża tal-burgers u dellikha bit-taħlita tas- sriracha sauce u l – mayonnaise
3) Itfa’ ħass u tadam fuq il-ħobża
4) Poġġi l-burger u servi mal-patata

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com