Il-5 kanzunetti tal-One Direction li għamlu l-aktar suċċess

 Il-5 kanzunetti tal-One Direction li għamlu l-aktar suċċess

Bl-aħbar tal-mewt traġika tal-kantant Ingliż Liam Payne, ma stajnhiex ma nħarsux lura lejn iż-żmien li minnu bdiet il-karriera mużikali tiegħu. Liam kien wieħed minn ħames ġuvintur: Harry Styles, Niall Horan, Louis Tomlinson u Zayn Malik li wara l-awdizzjoni tagħhom għall-programm X-Factor fl-Ingilterra lur fl-2010, ħolqu l-grupp One Direction.

Minkejja li ma rnexxielhomx jirbħu l-edizzjoni ta’ dik is-sena, il-grupp irnexxielu jikseb suċċessi globali għal diversi snin, sakemm ħadu d-deċiżjoni li jieqfu joħorġu mużika flimkien fl-2016. Minn hemm, il-kantanti bdew il-karriera mużikali tagħhom bħala artisti individwali. Hawn taħt se nħarsu lejn il-5 kanzunetti li għamel l-aktar suċċess bihom dan il-grupp.

1) Best Song Ever 

Din il-kanzunetta ħarġet fl-10 ta’ Awwissu tal-2013 u baqgħet fil-Billboard Hot 100 għal 21 ġimgħa fejn għal xi żmien saħansitra laħqet it-tieni post fil-klassifika.

2) Drag Me Down

Din ħarġet fit-22 ta’ Awwissu tal-2015 u baqgħet fil-Billboard Hot 100 għal 20 ġimgħa fejn laħqet it-tielet post fil-klassifika.

3) Live While We’re Young

Din il-kanzunetta wkoll laħqet it-tielet post fil-klassifika tal-Billboard Hot 100 wara li ħarġet fl-20 ta’ Ottubru tal-2012. Hi għamlet 16-il ġimgħa fil-klassifika.

4) What Makes You Beautiful

Din il-kanzunetta ħarġet fit-3 ta’ Marzu tal-2012 u rnexxielha tilħaq ir-raba post fil-Billboard Hot 100. Hi għamlet 34 ġimgħa tiela’ u nieżla f’din il-klassifika.

5) Story of my Life

Fis-16 ta’ Novembru tal-2013 ħarġet din il-kanzunetta famuża tal-One Direction li rnexxielha tikseb is-sitt post fil-Bilboard Hot 100. Din għamlet 32 ġimgħa f’din il-klassifika.

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com