5 tipi ta’ dekorazzjonijiet ideali biex tiċċelebra l-halloween!

 5 tipi ta’ dekorazzjonijiet ideali biex tiċċelebra l-halloween!

L-aktar perjodu tat-tkexkix dalwaqt wasal magħna! Il-Ħamis, 31 ta’ Ottubru ħafna se jkunu qed jiċċelebraw il-halloween, b’mijiet ta’ persuni jiddekoraw darhom u ħafna u ħafna tfal iħabbtu bieb bieb biex jittantaw xortihom għal xi biċċa ċikkulata filwaqt li jilbsu kostumi tal-biża. Hawn taħt se nsemmulkom ftit dekorazzjonijiet li jistgħu jgħinukom tidħlu fit-tema tal-halloween fil-jiem li ġejjin u li kollha kemm huma ser issibuhom mingħand Collins Stationery, fir-Rabat.

1. Dekorazzjonijiet ċkejkin bħal xi qargħa ħamra jew xi brimba. Dawn tistgħu tpoġġuhom fuq xi ħoġor tat-tieqa, jew fuq xi gradenza.

2. Dekorazzjonijiet li jiddendlu b’xi disinn repetut b’xi saħħara ttir fuq l-ixkupa. Dawn tista’ ddendilhom mal-bibien, entrati u arkati fid-dar tiegħek.

3. Il-famuż barmil tal-ħelu. Dan tista’ tpoġġih viċin il-bieb tad-dar u timlieh ħelu, ċikkulata u affarijiet oħrajn tajbin għal x’ħin jiġu jħabbtulek it-tfal waqt it-trick or treating!

4. Il-kappell tas-saħħara jew xi maskra tal-biża. Dawn tista’ żżejjen bihom billi ddendilhom fid-dar tiegħek, jew inkella tilbes xi ħaġa minnhom dakinhar tal-halloween ħalli tidħol fl-atmosfera.

5. Biros bit-tema tal-halloween. Għal dan il-perjodu ibdel il-biros li tuża fid-dar tiegħek u dawk li jieħdu t-tfal l-iskola għal dawk bit-tema tal-halloween! Uħud f’forma ta’ qargħa ħamra, oħrajn ta’ farfett il-lejl u wħud ta’ ħares!

Mela x’qed tistenna? Żur ftit lil Collins Stationery u akkwista d-dekorazzjonijiet kollha li tixtieq illum qabel għada!

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com