Dawn huma l-mediċini li għandu jkollok id-dar qabel ma tibda x-xitwa…

 Dawn huma l-mediċini li għandu jkollok id-dar qabel ma tibda x-xitwa…

Hekk kif qed toqrob ix-xitwa, nibdew nidħlu fi ftit aktar riskju li nlaqqtu xi riħ jew xi virus sempliċi. Jekk ma nkunux ippreparati għal dan, nispiċċaw inżidu l-istress minflok innaqqsuh. Għalhekk, għandna naraw li fid-dar ikollna l-mediċini komuni l-aktar importanti sabiex nikkontrollaw is-sintomi ta’ mard komuni u allerġiji mingħajr il-bżonn li noħorġu niġru lejn l-ispiżerija għax ma nsibux dak li għandna bżonn id-dar. 

Il-mediċina l-aktar essenzjali:

  1. Dawk li jgħinuk tikkontrolla l-uġigħ bħal paraċetamol, l-ibuprofina u l-acetaminophen. Jekk għandek it-tfal, dawn tista’ ssibhom ukoll bħala misturi, ħelu jew anke suppożitorji.
  2. Mediċina għal meta jaqbdek xi riħ jew is-sola, bħal xi cough syrup, losenges, pilloli cold and flu. 
  3. Antistaminiċi kontra l-allerġiji tal-istaġun li jkun fihom il-loratadine u s-cetirizine.
  4. Mediċini għas-saħħa diġestiva bħal ioperamide għal meta taqbdek id-diarrea jew mediċina li fiha l-famotidine għal meta jkollok ħruq ta’ stonku.

L-apparat l-aktar essenzjali:

  1. Termometru diġitali li jgħinek tara jekk għandekx deni jew le.
  2. Oximeter li jgħinek tikkalkula l-livell tal-ossiġnu fil-ġisem.
  3. Testijiet rapidi tal-Covid-19, biex tikkonferma jekk għandekx sempliċi riħ jew xi ħaġa oħra.
  4. Maskri tal-wiċċ, sanitiser għal idejk u wipes diżinfettanti li jgħinuk tikkontrolla t-tifrix tal-mard fid-dar.

Prodotti għall-kċina tiegħek:

  1. Xorb bl-elettroliti biex jgħinuk iżżomm lilek inniffsek idratat, speċjalment jekk ikollox xi virus tal-istonku.
  2. Għasel u ġinġer li jgħinuk meta jkollok ħruq fi griżmejk jew dardir.
  3. Prodotti biex tagħmel soppa jew brodu, speċjalment meta jkollok bżonn tiekol ikel li huwa ħafif għall-istonku u biex iżommok idratat.

Għandek tara li kull ftit żmien iddur il-prodotti li għandek id-dar biex tara li ma jkunux skadew u li jkunu għadhom jaħdmu sew. Dan sabiex mal-mument tal-bżonn, issib dak kollu li meħtieġ biex tfieq kemm jista’ jkun malajr.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com