Għaġin bil-basal

 Għaġin bil-basal

Għaġin bil-basal! Forsi jinstema’ xi ftit stramb, imma naċċertawkom li din ir-riċetta hija waħda li għandha togħma tajba ħafna. U ovvja, mhux magħmula bil-basal biss. Ovvjament, il-basal huwa bażi importanti għal din ir-riċetta. Xi ħaġa differenti f’din ir-riċetta hi li z-zalza mhux se nagħmluha fit-taġen, imma fil-forn

Ingredjenti

3 basliet -Catania & Cini Ltd
3 sinniet tewm -Catania & Cini Ltd
140 gramma panċettaChurchill Master Butchers
6 tadamiet imnixxef -Catania & Cini Ltd
Tursin frisk -Catania & Cini Ltd
3 imgħaref żejt taż-żebuuġaAttard & Co
Paprika ħelwaLamb brand & Loaded Pantry
Melħ u bżar Lamb brand & Loaded Pantry
Trab tal-kariLamb brand & Loaded Pantry
165 gramma ġobon tal-krema Attard & Co
200 gramm għaġin Attard & Co

Metodu

1) Ibda billi tqatta’ l-basal b’mod irqiq, kif ukoll tqatta’ t-tewm
2) Qatta’ l-panċetta ukoll f’biċċiet żgħar
3) Qatta’ t-tadam u t-tursin frisk
4) F’dixx itfa’ ż-żejt taż-żebbuġa, u itfa’ t-taħlita li tkun ippreparajt
5) Ferrex paprika, kari u melħ u bżar skont kemm tiggosta
6) Ħawwad sew u żid il-ġobon
7) Poġġi fil-forn għal-bejn 5 u 10 minuti
8) Sadanittant, f’borma misħun jagħli, żid ftit melħ u sajjar l-għaġin skont kif jgħidlek fuq il-pakkett
9) Oħroġ id-dixx mill-forn u ħawwad
10) Żid miegħu l-għaġin u erġa’ ħawwad
11) Servi

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com