Insalata bix-xgħir
Il-Filmat tar-riċetta hawn
Daqsxejn insalata tinżel tajjeb. Tkun mimlija affarijiet tajbin għal saħħitna, kif ukoll hija xi ħaġa li ma tieħux ħafna ħin biex tippreparaha. Imma kultant neħlu mal-istess 2 insalati, l-aktar ma’ xi insalata bit-tiġieġ jew bit-tonn taż-żejt
F’din ir-riċetta se nippreparaw insalata nil-bażi tax-xgħir. Ftit differenti, imma ladarba tippruvaha, żgur mhux se tkun l-aħħar darba
Ingredjenti
Tazza xgħir (barley)
2 qarabagħliet żgħar – Catania & Cini Ltd
8 tadamiet żgħar – Catania & Cini Ltd
2 imgħaref żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Melħ u bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
2 terzi ta’ tazza pesto tal-ħabaq
Meraq u zest tal-lumi – Catania & Cini Ltd
Nofs skutella qamħirrun (sweetcorn) – Catania & Cini Ltd
Metodu
1) F’borma bil-misħun jagħli, ibda sajjar ix-xgħir
2) Sadanittant, qatta’ l-qarabagħli u t-tadam f’biċċiet żgħar
3) F’ taġen itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa, u ibda qalli l-ħaxix
4) Żid ftit melħ u bżar
5) Saffi x-xgħir u żidlu l-pesto tal-ħabaq, ħawwad sew u żid ftit meraq u zest tal-lumi
6) Żid il-qamħirrun
7) Żid il-ħaxix li tkun qallejt, ħawwad sew u servi