Din iż-żeffiena għamlet xi ħaġa f’Amici li ħadd qatt m’għamilha qabel…

 Din iż-żeffiena għamlet xi ħaġa f’Amici li ħadd qatt m’għamilha qabel…

Jekk rajtu l-episodju ta’ Amici tal-Ħadd li għadda, mela rajtu l-ġest ħelu li għamlet waħda mill-istudenti żeffiena ta’ din is-sena. Teodora affrontat sfida li setgħet twassal għall-eliminazzjoni tagħha mill-edizzjoni ta’ din is-sena. Dan wara li fl-episodju tal-Ħadd ta’ qabel hi kienet ġiet l-aħħar fil-klassifika taż-żeffiena. 

Teodora rebħet l-isfida u kkonfermat mill-ġdid il-post tagħha f’din l-iskola li ffurmat tant u tant żeffiena u kantanti fl-Italja. Iżda fejn is-soltu kulħadd jgħid “grazzi” u jmur lura mal-bank tiegħu, Teodora, li hija Spanjola, kitbet ittra li qrat immedjatament wara l-isfida.

Fl-ittra, Teodora rringrazzjat lil kulħadd talli qed tkompli tingħata l-opportunità li timxi ‘l quddiem b’din “l-esperjenza meraviljuża minn kull aspett.” Talbet skuża lill-għalliema tagħha Deborah, talli l-prestazzjoni tagħha tal-ġimgħa ta’ qabel ma kinitx suffiċenti, u spjegat li ma kinitx ħassitha sew fiżikament, madanakollu temmen li setgħet tagħmel aħjar. Qaltilha li se tagħmel minn kollox biex tkun kburija biha.

Hi kompliet billi rringrazzjat lill-programm Amici talli qed jgħinna tirrealizza l-ħolma tagħha u li qed jippermettilha tgħix tagħmel dak li tħobb: iż-żfin.

Wara li qrat l-ittra tagħha, il-preżentattriċi ta’ dan il-programm, Maria de Filippi, qalet, “taf xiex? Dan il-programm ilu għaddej għal ħafna u ħafna snin. Qatt ma kien hawn persuna oħra li għamlet ġest bħal dak li għamilt inti llum. Nixtieq ngħidlek dan. Kellek tiġi inti minn Spanja biex tagħmlu.”

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com