Ġenji tal-Ġenn – Ir-riħa tinten tispirah!

 Ġenji tal-Ġenn – Ir-riħa tinten tispirah!

Friedrich Schiller kien poeta, drammaturgu, u storiku Ġermaniż. Hu wieħed mill-aktar figuri importanti tal-letteratura Ewropea tas-seklu 18. Magħruf għall-opri tiegħu, fosthom Die Räuber u Wilhelm Tell, li jmissu temi bħall-libertà, l-oppressjoni, u l-ġustizzja soċjali.

Dan kien ħabib ta’ Johann Goethe u flimkien kellhom sehem attiv fil-moviment tal-Klassiċiżmu Ġermaniż. Ix-xogħlijiet tiegħu baqgħu jinfluwenzaw u jispiraw ġenerazzjonijiet ta’ artisti u filosfi sal-lum, bi ħsibijiet dwar l-etika u d-dinjità tal-bniedem.

Mela għalfejn bniedem bħal dan jixraqlu t-titlu “ġenju tal-ġenn”?

Darba minnhom, Goethe kien qed jistenna lil Schiller fl-uffiċċju u xamm riħa tinten stramba. Beda jgħarrex mal-kamra biex jara mnejn ġejja u f’wieħed mill-kxaxen tal-iskrivanija jsib borġ tuffieħ imħassar.

Meta staqsa lil sieħbu, Schiller wieġeb li r-riħa tinten kienet tispirah waqt il-kitba u tgħinu jikkonċentra fuq xogħlu.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com