“Il-problema jiena, mhux inti”…u 6 skużi oħrajn li jużaw biex jitilquk!

 “Il-problema jiena, mhux inti”…u 6 skużi oħrajn li jużaw biex jitilquk!

Hemm diversi frażijiet u raġunijiet…jew forsi kelma aħjar għalihom hija “skużi” li persuni jużaw biex itemmu r-relazzjoni tagħhom ma’ persuna oħra. Ħafna drabi, dawn il-frażijiet jippruvaw jgħattu r-raġuni vera għaliex persuna tkun trid ittemm ir-relazzjoni u mingħalihom li forsi għax jgħidu hekk, se tħossok inqas ħażin u l-kuxejnza tagħhom tkun nadifa. Hawn taħt se nsemmu ftit minnhom…jekk tafu b’oħrajn, għidulna fil-kummenti!

  1. “Jiena l-problema, mhux inti” – jekk inti l-problema, mhux tirranġa l-attitudni tiegħek, sis/bro?
  2. “Ħaqqek aħjar minn dak li qed noffrilek jiena” – jekk jaf/taf li ħaqqek aħjar u fehmu l-valur tiegħek, mela kieku jagħtuk dak li jistħoqlok.
  3. “Ma naħsibx li jiena tajjeb/tajba biżżejjed għalik” – jekk ir-relazzjoni għandha valur għalihom, mela jaħdmu li jkunu tajbin biżżejjed għalik u mhux jużaw in-nuqqas tagħhom bħala skuża!
  4. “Aħna wisq differenti” – fid-dinja ħadd mhu l-istess. Huwa importanti li f’relazzjoni jkun hemm interessi differenti għax huwa biss b’dan il-mod li tikber u tespandi l-potenzjal tiegħek.
  5. “Mhux lest/a li nikkommetti ruħi” – l-unika risposta adatta għal din il-frażi għandha tkun “Issa ndunajt? Għax ma stennejtx naqr’oħra!” Ovvjament, hija risposta sarkastika…
  6. “Iffoka fuqek inniffsek” – bħal donnhom jaħsbu li għax tkun f’relazzjoni għandek tiġi f’punt fejn tabbanduna lilek inniffsek totalment.
  7. “Naħseb aħjar inkunu ħbieb” – setgħu ħasbuha qabel ma kkonvinċewk toħroġ magħhom…le?

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com