Illum l-aħħar jum ta’ PLAYCON…Titlifx dan l-avveniment speċjali f’Malta!

 Illum l-aħħar jum ta’ PLAYCON…Titlifx dan l-avveniment speċjali f’Malta!

Illum huwa l-aħħar jum li fih se tkun tista’ tattendi l-avveniment magħruf bħala PLAYCON, fl-MFCC Ta’ Qali. Dan huwa magħruf bħala l-akbar avveniment f’Malta tal-esports u l-videogaming.

Bi spazju mifrux fuq 7,500 metru kwadru, kull min attenda s’issa u min ser jattendi llum se jsib esibizzjonijiet interattivi u edukattivi għal kulħadd. Fl-avveniment hemm 60 esibitur, inklużi imsieħba ewlenin tal-industrija fl-iżvilupp tal-logħob diġitali u l-esports. Fosthom hemm ukoll tmien pubblikaturi internazzjonali, b’ismijiet bħal Ubisoft u Kwalee.

Bħalissa l-avveniment huwa miftuħ għall-pubbliku, mingħajr bżonn ta’ ħlas! Dawk li ser jattendu ser ikollom iċ-ċans li jippruvaw b’xejn għexerien tal-logħob ġdid u oħrajn ta’ fama internazzjonali, bi program vast li qiegħed jiġi pjanat għal dawk kollha li ser jattendu.

PLAYCON se tkun miftuħa għall-pubbliku ġenerali mill-10.30am sas-7pm fl-MFCC, Ta’ Qali.

PLAYCON qed tiġi organizzata għal sena oħra minn GMR, bl-appoġġ minn GamingMalta u l-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej, u Proġetti Strateġiċi.

Għal aktar dettalji, żur http://www.playcon.mt

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com