Stir fry noodles bil-gambli u l-ħaxix

 Stir fry noodles bil-gambli u l-ħaxix

Il-filmat qiegħed hawn

Ir-riċetta li qed nippreżentaw illum, tinkludi platt tajjeb ħafna ta’ noodles imsajjar flimkien mal-gambli. Apparti l-gambli, dawn in-noodles se skun imsajjra flimkien ma’ ħaxix frisk, li mhux biss ser itejjeb il-palat ta’ dan il-platt, imma ser iżid l-ammont ta’ nutrijenti

Ingredjenti

100 gramma faqqiegħ – Catania & Cini Ltd
Nofs bżaru aħmar – Catania & Cini Ltd
Nofs qarabagħlija – Catania & Cini Ltd
Nofs zunnarija – Catania & Cini Ltd
Nofs Basla – Catania & Cini Ltd
Nofs kaboċċa – Catania & Cini Ltd
2 imgħaref soy sauce
Mgħarfa u nofs Oyster sauce
Nofs kuċċarina bżarLamb brand & Loaded Pantry
2 sinniet tewm imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Kuċċarina zokkorLamb brand & Loaded Pantry
2 imgħaref ilma
Mgħarfa żejt tal-ġunġlien
200 gramma gambliCatania Fisheries
2 porzjonijiet noodlesAttard & Co

Metodu

1. Aħsel u qatta’ l-ħaxix kollu f’biċċiet żgħar ħafna. Warrab il-ħaxix biex tużah aktar tard
2. F’bieqja, itfa’ s-soy sauce u l-oyster sauce
3. Żid il-bżar u ħawwad sew
4. Żid it-tewm imqatta’, kif ukoll iz-zokkor u l-ilma
5. F’taġen kbir, itfa’ żejt tal-ġunġlien u qalli l-gambli
6. Żid il-ħaxix kollu, minbarra t-tewm (li tkun użajtu diġa fit-taħlita mas-sauces) u qalli sew
7. F’borma misħuun jagħli, għalli n-noddles skont l-istruzzjonijiet ta’ fuq il-pakkett
8. Żid in-noodles fit-taġen, u żid ukoll it-taħlita ta’ soy sauce, oyster sauce u tewm li tkun diġa għamilt
9. Ħawwad sew u servi

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com