Drumsticks tat-Tiġieġ bil-bbq sauce

 Drumsticks tat-Tiġieġ bil-bbq sauce

Għall-filmat agħfas hawn

Ftit tiġieġ imħawwrin bil-bbq sauce, mhux se tgħidilhom le, l-aktar fiż-żmien tas-sajf, meta din l-ikla tfakkrek fit-togħma tajba tal-ikel tal-bbq. Tiġieġ imsajjar bla żejt u għalhekk huwa tajjeb għal saħħtek. Bħala kontorn, nistgħu inservu ftit patata maxx, flimkien ma’ ħaxix bħal brokkoli. Sabiex il-brokkoli ma jkunx mgħolli biss, f’din ir-riċetta se nagħmluh il-forn, fejn se nsajjruh imħawwar sew

Ingredjenti

2 patatiet kbar – Catania & Cini Ltd
Meraq ta’ nofs larinġa – Catania & Cini Ltd
Mgħarfa għasel
Żewġ imgħaref ketchup
Mgħarfa u nofs BBQ sauce
smoked paprika – Lamb brand & Loaded Pantry
Nofs kuċċarina trab tat-tewm – Lamb brand & Loaded Pantry
Melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
Bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
4 drumsticks tat-tiġieġ – Churchill Master Butchers
Nofs brokkola żgħira – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Żewġ kuċċarini butirAttard & Co
40 gramma ġobon maħkuk –Attard & Co
80 millilitru ħalib friskAttard & Co

 

Metodu

1. Qaxxar u aħsel il-patata. Qattagħhom u għallihom fil- misħun
2. F’bieqja, itfa’ il- meraq tal-larinġ u żid mgħarfa għasel, ketchup u BBQ sauce
3. Żid nofs kuċċarina paprika u t-trab tat-tewm, u roxx kwart ta’ kuċċarina bżar u kwart ta’ kuċċarina melħ u ħawwad sew
4. Poġġi it-tiġieġ fit-taħlita u ħawwad sew sakemm it-tiġieġ jinkesa bit-taħlita
5. F’turitera tal-forn poġġi t-tiġieġ u ferrex l-immarinar fuqu
6. Aħmi fil-forn għal madwar 35-40 minuta

Sadanittant, f’dixx bil-kartaforno, itfa’ l-biċċiet tal-brokkoli u ferrex fuqhom ftit żejt taż-żebbuġa, kwart ta’ kuċċarina bżar, nofs kuċċarina paprika u kwart ta’ kuċċarina melħ u aħmi fil-forn għal madwar 20-25 minuta

Saffi l-patata mill-ilma, u żid magħha il-butir, u roxx ftit melħ u bżar skont kemm tiggosta. Żid ukoll il-ġobon maħkuk u l-ħalib frisk. Ħawwad sew i għaffeġ il-patata

Servi l-patata maxx flimkien mat-tiġieġ u l-brokkoli

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com