Blalen taċ-ċanga fiz-zalza
Għall-filmat agħfas hawn
Kemm se ddum issajjar l-itess ikel? Kultant tajjeb li tipprova xi ħaġa ġdida. Imma meta nagħmlu xi ikel ġdid , irridu nserrħu moħħna li se nippreżentaw xi ħaġa tajba. U dawn il-blalen taċ-ċanga huma ideali biex tipprova riċetta ġdida. Se nagħmlu dawn il-blalen u nservuhom biz-zalza, flimkien ma’ xi kontorn li tħobb
Ingredjenti għall-blalen
400 gramma kapuljat – Churchill Master Butchers
Basla mqatta’ f’dadi żgħar – Catania & Cini Ltd
2 sinniet tewm imfarrak – Catania & Cini Ltd
Bajda
3 imgħaref ħalib – Attard & Co
Kwart ta’ kuċċarina ħwawar imħallta – Lamb brand & Loaded Pantry
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
4 imgħaref frak tal-ħobż – Lamb brand & Loaded Pantry
Metodu tal-blalen
1. F’bieqja kbira, ħallat il-kapuljat, il-basal, tewm, bajda u ħalib
2. Ħawwar bil-ħwawar imħallta, bżar u melħ, u żid il-frak tal-ħobż
3. Ħawwad sew, u b’idejk ifforma l-blalen bil-qies li tixtieq
4. Poġġi dawn il-blalen f’dixx bil-karta forno u sajjar fil-forn għal madwar 20-25 minuta
Ingredjenti għaz-zalza
3 imgħaref butir – Attard & Co
3 imgħaref dqiq – Lamb brand & Loaded Pantry
250 millilitru stokk taċ-ċanga
120 millilitru krema
2 kuċċarini soy sauce – Attard & Co
Kuċċarina Worchester sauce – Attard & Co
Kuċċarina mustarda – Attard & Co
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
Metodu taz-zalza
1. F’taġen itfa’ l-butir. Kif tarah li dab , żid id-dqiq u ħawwad
2. Żid l-istokk u l-krema, u kompli ħawwad
3. Żid is-soy sauce, worchester sauce u mustarda
4. Roxx ftit bżar u melħ u erġa’ ħawwad
Kif isiru l-blalen taċ-ċanga, itfagħhom fiz-zalza u ħawwad sew sakemm jinksew biz-zalza. Tista’ sservihom ma’ xi kontorn li jogħġob lilek