Pulpetti tal-fażola
Il-filmat tar-riċetta qiegħed hawn
Ftit pulpetti, servuti ma’ xi kontorn bħal ħaxix jew ftit patata moqlija. Min jaf kemm ommna jew in-nanna kienet issajjarhom. Imma probabbilment, il-pulpetti li kienu jagħmlulna kienu spiss ikunu jew tal-corned beef, jew tal-kapuljat jew tat-tonn. Imma ġieli ippruvajtu pulpetti tal-fażola? Riċetta tajba, anki għal dawk il-persuni li huma veġitarjani
Ingredjenti
Bott ċiċri – Lamb brand & Loaded Pantry
Bott fażola ħamra – Lamb brand & Loaded Pantry
Nofs basla kbira – Catania & Cini Ltd
2 sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
Mgħarfa ketchup
3 imgħaref ħafur (oats) – Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina riegnu – Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina trab tat-tursin – Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina curry – Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina trab tal-paprika ħelwa – Lamb brand & Loaded Pantry
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
2 imgħaref żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Tursin frisk – Catania & Cini Ltd
Metodu
1. Fil-mixer itfa’ u itħan iċ-ċiċri, fażola ħamra, basal, tewm, ħafur, riegnu, curry, paprika , tursin, bżar , melħ u ketchup
2. Kif ikollok it-taħlita lesta, ibda ifforma il-blalen u iċċattjahom ftit
3. F’taġen itfa’ ż-żejt taż-żebbuġa, u ibda aqli il-pulpetti
4. Qalleb f’nof sajran.
5. Kif isiru ferrex ftit tursin frisk, u servihom ma’ xi kontorn li tixtieq int