Kejk tal-lumi
Għall-filmat tar-riċetta agħfas hawn
Xi ħaġa sempliċi, imma li tinżel għasel ma’ xi belgħa te’. X’taħseb minn kejk tal-lumi. Ma fihx ħafna xogħol biex tagħmlu, u għalhekk anki jekk int mgħaġġla, tista’ tagħmel dik ix-xi ħaġa tajba għall-familja kollha
Ingredjenti għall-kejk
4 bajdiet
200 gramma zokkor granulat – Lamb brand & Loaded Pantry
200 millilitru żejt
Kuċċarina essenza tal-vanilja
Qoxra ta’ lumija –Catania & Cini Ltd
Meraq ta’ lumija –Catania & Cini Ltd
200 gramma dqiq self raising – Lamb brand & Loaded Pantry
Ingredjenti għall-mili
2 bajdiet
150 gramma zokkor granulat – Lamb brand & Loaded Pantry
Meraq ta’ 2 lumijiet –Catania & Cini Ltd
250 millilitru ilma
50 gramma dqiq tal-qamħ (corn flour) – Lamb brand & Loaded Pantry
Icing sugar – Lamb brand & Loaded Pantry
Metodu tal-kejk
1. F’reċipjent , itfa’ l-bajd
2. Itfa’ l-bajd fil-mixer, u miegħu żid iz-zokkor. Ħawwad sew bil-mixer
3. Żid iż-żejt u l-eesenza tal-vanilja, u erġa’ ħawwad
4. Qatta’ qoxra ta’ lumija u żidha flimkien mal-meraq mal-kumplament tat-taħlita
5. Żid id-dqiq u erġa’ ħawwad
6. Itfa’ t-taħlita fir-reċipjent li se tagħmel fil-forn
7. Aħmi fil-forn għal 30 minuta
Metodu għall-mili
1. F’borma itfa’ 2 bajdiet u żid iz-zokkor, l-meraq tal-lumi, ilma, dqiq tal-qamħ
2. Ħawwad sew
Kif isir il-kejk, aqsmu minn nofs, u ferrex fuq nofs minnhom it-taħlita tal-mili
Erġa’ poġġi n-nofs tal-kejk fuq l-ieħor u ferrex ftit icing sugar