Ottijiet
Hawn min meta jagħmel belgħa te’, iħobb ifittet xi biskuttin jew gallettina. U hawm min lanqas jekk tħallsu ma jbill xi ħaġa fit-te’, għax jitqażżeż. Imma għal dawk li jieħdu pjaċir ifettu xi ħaġa fit-te’ sħun, għandna riċetta sempliċi, li bih wiħed jista’ jagħmel l-ottijiet, wieħed mill-aktar favoriti għal mat-te’
Ingredjenti
250 gramma dqiq – Lamb brand & Loaded Pantry
Nofs kuċċarina trab tal-ħami – Lamb brand & Loaded Pantry
225 gramma marġerina
110 grammi zokkor tal-ġelu (icing sugar) – Lamb brand & Loaded Pantry
Meraq ta’ larinġa – Catania & Cini Ltd
Qoxra ta’ lumija – Catania & Cini Ltd
Bajda
Kuċċarina essenza tal-vanilja
Zokkor – Lamb brand & Loaded Pantry
ġunġlien – Lamb brand & Loaded Pantry
Metodu
1. F’reċipjent kbir, agħrbel id-dqiq, u żid it-trab tal-ħami u l-marġerina
2. Itfa’ fi blender u ħawwad dawn l-ingredjenti sew
3. Żid iz-zokkor tal-ġelu u erġa’ ħawwad
4. Żid il-meraq tal-larinġa u l-qoxra tal-lumija mqatta’ u erġa’ ħawwad sew
5. Żid bajda mħabbta u essenza tal-vanilja. Ħawwad sew sakemm tifforma għaġina
6. Bl-għaġina ifforma forma ta’ numru 8
7. Għaddi l-għaġina forma ta’ numru 8 minn ġo platt li fih ikollok taħlita t’ zokkor u ġunġlien
8. Poġġi l-għaġina f’forma ta’ 8 fuq dixx miksi b’kartaforno
9. Aħmi fil-forn għal madwar 20 minuta