8 modi kif jista’ jitnaqqas it-traffiku
Fir-realtà jekk il-pajjiż irid, hemm hafna modi sabiex jitnaqqas it-traffiku. Ħaġa waħda hija żgura, jekk jonqos it-traffiku jonqos il-konsum ta’ fuel. Jiġifieri jonqos il-bejħ ta’ fuel…u kulħadd jaf xi tfisser din! Jekk ser tiġri ħadd ma jaf…
Dawn huma fost l-aħjar metodi li japplikaw għalina:
- Aktar Teleworking – Kieku l-gvern jiddeċiedi li ċertu xogħolijiet (li hawn ħafna) jsiru mid-dar! Kieku teleworking jiġi mandatorju f’ċertu ġranet, jonqsu ħafna u ħafna karozzi mit-toroq! Kif ukoll, jekk ix-xogħol tiegħek diġa tista’ tagħmlu mid-dar, agħmlu mid-dar. B’hekk teħles mit-traffiku żgur, u tleħħaq tieħu kafe’ bil-kwiet!
- Aktar użu ta’ muturi – Ħafna Maltin baqgħu jibżgħu milli jsuqu mutur, minħabba s-sewqan bl-addoċċ li jsir minn xi wħud. Fl-istess ħin, ikollhom esperjenza limitata b’użu ta’ mutur. Fir-realtà, il-periklu tas-sewqan Sqalli huwa simili bħal dak ta’ Malta…Allura jekk jintuża l-stess prinċipju ta’ Sqallija, li ta’ 16-il sena diġa jkollhom aċċess għal mutur, dak li jkun ma jdumx jaħsibha wisq għax diġa jkollu esperjenza b’mutur. Dak li titgħallem fi tfulitek, tibqa’ tiftakru għal dejjem!
- Servizz pubbliku aktar effiċjenti – Sfortunatament is-servizz pubbliku m’huwiex perfett, tant hu hekk li l-maġġoranza lanqas issa li hu b’xejn ma jużawh! U din kbira għax litteralment dak li jkun jgħid ”lanqas b’xejn ma nużah!”
- Servizz pubbliku tal-baħar – Mhux idea ħażina xejn, pjuttost tajba. Bħalna li aħna mdawrin bil-baħar, żgur li tkun ta’ vantaġġ għalina!
- Uża r-rota – Forsi mhux komda daqs karozza, imma tista’ tevita t-traffiku u xej xej tagħmel naqra eżerċizzju.
- Imxiha – Jekk it-triq mhix daqshekk twila, tista dejjem timxiha sax-xogħol. Ċans kbir tasal iktar kmieni milli kieku tmur ix-xogħol bil-karozza.
- Qum kmieni – Issettja l-iżveljarin għal siegħa qabel u tiskanta kemm issib inqas traffiku. F’ ċertu postijiet, hemm ukoll ċans żgħir li tilmaħ xi parking space vojt ukoll!
- Tir sal-post tax-xogħol – Ija, sewwa qrajtu. Bit-teknoloġija avvanzata tal-lum, b’akkwist ta’ drone jew tnejn, kapaċi teħles mit-traffiku tal-karozzi totalment. Importanti li f’dal-każ tkun taf ir-regoli tat-traffiku tal-ajru, speċjalment kif tkun għaddej viċin tal-ajruport, ma jmurx taħbat bumper to bumper m’ajruplan!Ħaġa waħda hija żgura, jekk jonqos it-traffiku jonqos il-konsum ta’ fuel. Jiġifieri jonqos il-bejħ ta’ fuel…u kulħadd jaf xi tfisser din! Kemm se tiġri ħadd ma jaf…
U ovjament meta jsir xi ppjanar ta’ xi avvenimenti, kunċerti, eċċ.. L-Ippjanar isir bis-sens u li jakkomoda l-ħinijiet ta’ traffiku, kif ukoll il-post addattat!