10 affarijiet li ma kontx taf dwar id-ditta tal-karozzi Skoda

 10 affarijiet li ma kontx taf dwar id-ditta tal-karozzi Skoda

Id-ditta magħrufa tal-karozzi Skoda għandha passat interessanti. Infatti bdiet bħala ħanut ċkejken tar-roti u minn hemm kibret għal ditta tal-karozzi magħrufa globalment. L-għan ewlieni ta’ din id-ditta huwa li tiżviluppa karozzi prattiċi u innovattivi għad-dinja kurrenti. Hawn taħt, se ssibu 10 fatti interessanti u li probabbilment ma kontux tafu dwar l-istorja unika ta’ din id-ditta.

1. Skoda bdiet bħala manifattur tar-roti

Id-ditta Skoda ma bdietx bil-karozzi. Lura fl-1895, il-fundaturi tagħha Václav Laurin u Václav Klement fetħu n-negozju tar-roti tagħhom bl-isem ta’ Laurin & Klement u dan kien l-oriġini tad-ditta li nafu llum.

2. Il-muturi ġew qabel il-karozzi

Qabel ma bdew jimmanifatturaw il-karozzi, Laurin & Klement qalbu mill-immanifatturar tar-roti għal dak tal-muturi fl-1899. Eventwalment huma ħolqu l-ewwel karozza tagħhom fl-1905.

3. Id-ditta tibdel isimha minn Laurin & Klement għal Skoda

Fl-1925 il-kumpanija Laurin & Klement ġiet akkwistata minn Škoda Works u minn hawn, ingħatat l-isem ta’ Skoda Auto.

4. Id-ditta Skoda kellha rwol waqt it-tieni gwerra dinjija

Waqt it-tieni gwerra dinjija, il-fabbriki pproduċew komponenti militari taħt l-okkupazzjoni Ġermaniża. Sfortunatament kawża tal-ibbumbardjar il-maġġoranza tal-fabbrika u l-infrastruttura nqerdet.

5. Għal xi żmien Skoda nħakmet mill-Komunisti

Wara t-tieni gwerra dinjija, id-ditta Skoda nħakmet mill-istat taħt ir-reġima komunista, u bdiet topera b’mod indipendenti minn Škoda Works. Baqgħet hekk sal-bidu tad-disgħinijiet.

6. Id-ditta Volkswagen akkwistat parti minn Skoda

Fl-1991, id-ditta Volkswagen xtrat 30% mis-sehem ta’ Skoda, fejn investiet fil-kwalità u l-effiċjenza li tat spinta lir-reputazzjoni ta’ Skoda bħala ditta ta’ valur għoli.

7. Eventwalment Volkswagen akkwistat lil Skoda b’mod sħiħ

Skoda ġiet propjetà kompletament ta’ Volkswagen fis-sena 2000, li wasslitha sabiex issir l-akbar manifattur tal-karozzi fir-Repubblika Ċeka.

8. Id-ditta Skoda tipproduċi l-karozzi tagħha fir-Repubblika Ċeka

Il-fabbrika prinċipali ta’ Skoda tinsab fi Mladá Boleslav fir-Repubblika Ċeka. Pajjiżi oħrajn fejn issir il-produzzjoni tal-karozzi Skoda huma l-Islovakkja, l-Indja, ir-Russja u ċ-Ċina.

9. Il-filosofija tal-kumpanija hija bbażata fuq il-frażi “simply clever”

Il-filosofija “simply clever” tiffoka fuq soluzzjonijiet żgħar iżda li jġibu magħhom ħsieb importanti, bħal l-inklużjoni ta’ ganċijiet għall-basktijiet u anke umbrelel moħbijin fil-karozzi tagħhom, bil-għan li jagħmlu l-ħajja tas-sidien tal-karozzi Skoda aktar faċli.

10. F’Malta tista’ tixtri l-karozzi Skoda mingħand Continental Cars

Id-ditta Skoda f’Malta se ssibha mingħand Continental Cars fejn fost il-mudelli se ssibu l-Enyaq Coupé IV, il-karozza elettrika tal-mument li tibda mill-prezz ta’ €34,500. Jekk bi ħsiebek taqleb għal karozza elettrika agħmel dan illum qabel għada sabiex tibbenefika mill-fondi tal-gvern li hekk disponibbli.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com