Int kif torqod?
Raqda tajba hija bżonn. Waqt l-irqad, il-ġisem jirreġenera ruħu u jissaħħaħ mhux biss fiżikament, imma anke mentalment u emozzjonalment. Ta’ min jgħid li l-pożizzjoni li nieħdu waqt li nkunu reqdin, taffetwa l-kwalità nnifisha tar-raqda.
- Wiċċek il-fuq
Li torqod wiċċek ’il fuq u tipprova żżomm ix-xewka ta’ dahrek dritta jgħin biex tnaqqas pressjoni żejda minn fuq il-ġogi. Ikun tajjeb li meta torqod hekk, tuża mħadda li tkun kemmxejn wieqfa. Dan jgħinek biex ma ċċaqlaqx wisq l-aċtu tal-istonku. Jekk għandek tendenza li tonħor jew tbati mill-ispleep apnea, evita kemm tista’ din il-pożizzjoni.
- Laġenba
Din il-pożizzjoni hija tajba għan-nisa tqal. Ittaffi wkoll d-diffikultajiet għal min għandu s-sleep apnea jew ibati bil-ħruq ta’ stonku. Dan għaliex tiffaċilita id-diġestjoni. Wieħed mill-iżvantaġġi jista’ jkun l-uġigħ fl-ispallejn.
- Pożizzjoni fetali
Din pożizzjoni komuni ħafna. Tajba wkoll għal min ikollu wġigħ f’dahru. Għal min jorqod hekk, ikun tajjeb li jitfa’ xi mħadda bejn l-irkopptejn. Minkejja dawn il-benefiċċji, ta’ min jirrimarka li f’din il-qagħda, wieħed ma jkunx jista’ jieħu nifs fil-fond. L-uġigħ fl-għonq jista’ jkun komuni ħafna għal min jorqod hekk.
- Fuq iż-żaqq
Din hija l-inqas pożizzjoni ideali. Dan għaliex hemm iktar ċans li tikkawża wġigħ fl-għonq u fid-dahar. Meta torqod hekk, jista’ jkun li jitnemnu wkoll ir-riġlejn. Sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi, l-aħjar huwa li tevita li tuża mħadda għolja, anzi, l-aħjar tkun irqiqa kemm jista’ jkun.
U int, kif torqod l-aktar?