12-il tip ta’ nbid u l-ikel li tista’ tqabblu magħhom 

 12-il tip ta’ nbid u l-ikel li tista’ tqabblu magħhom 

Meta tiġi biex tqabbel l-inbid mal-ikel li se tiekol, m’għandekx tkun eżaġeratament riġidu, iżda għandek tħalli l-palat jiggwidak. Madanakollu, li tkun taf ftit regoli dwar liema nbid jista’ jgħinek televa l-esperjenza kulinarja tiegħek. Hawn taħt, se ngħidulkom kif l-aħjar tqabblu 12-il tip ta’ inbid differenti mal-ikel.

  1. Pinot Noir mal-ħaxix – dan it-tip ta’ inbid aħmar imur tajjeb ħafna ma’ platti li fihom il-faqqiegħ u l-għażż. Imur tajjeb ħafna wkoll mas-salamun.
  2. Chardonnay ma’ ħut xaħmi – dan it-tip ta’ inbid, imur tajjeb ħafna ma’ ħut bħall-pixxispad u anke frott tal-baħar li jkun fi zlazi kremużi.
  3. Ix-xampanja ma’ ikel mielaħ – kemm jekk ħa tpoġġi fuq il-mejda snacks melħin u anke jekk se jkollok ikel moqli, ix-xampanja taqbel perfettament. Ibda mill-kavjar u spiċċa fil-krisps tal-patata.
  4. Cabernet Sauvignon ma’ laħam aħmar – it-tannini fil-Cabernet jibbilanċjaw ir-rikezza fil-laħar aħmar u l-ħaruf.
  5. Sauvignon Blanc ma’ ikel ta’ togħma punġenti – dan l-inbid imur tajjeb ħafna ma’ vinaigrettes, frott tal-baħar imsajjar fiċ-ċitru u anke ġobon magħmul mill-ħalib tal-mogħoż.
  6. Rosé mal-ġobon – l-inbid tat-tip Rosé, kemm jekk jagħti aktar lejn l-aħmar u kemm jekk jagħti aktar lejn l-abjad, dan l-inbid huwa ideali jekk se tagħmel xi platter, għaġin-il forn, jew insalata.
  7. Pinot Grigio mal-ħut – jekk se tiekol ħut, partikolarment dak li mhux qawwi ħafna fit-togħma, għandek tqabblu ma’ nbid abjad delikat. 
  8. Malbec għall-bbq – dan l-inbid huwa perfett meta tkun qed tagħmel xi bbq b’xi zlazi tal-laħam jaħarqu.
  9. Moscato d’Asti ma’ deżerta bil-frott – inbid ħelu bħal Moscato d’Asti huwa abbinat perfettament ma’ deżerta li fiha l-frott mingħajr ma jibdel it-togħma tagħha.
  10. Syrah ma’ laħam imħawwar ħafna – jekk tħobb zlazi mħawwra ħafna mal-laħam tiegħek bħaċ-chimichurri, l-inbid li għandek tmur għalih huwa s-Syrah jew xi ħaġa simili tiegħu.
  11. Grüner Veltliner meta tiekol il-ħaxix – speċjalment għall-veġetarjani, dan l-inbid abjad huwa perfett ma’ platti mimlija ħaxix u ħwawar.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com