Liema mudell ta’ borom tal-istainless steel huwa l-aħjar għalik?
Meta tmur biex tixtri borom tal-istainless steel se ssib diversi mudelli u ditti differenti, kollha bil-karatteristiċi tagħhom u wħud aħjar minn oħrajn. Aħna ta’ Strada Rjali tkellimna ma’ CEF Trading Ltd dwar erba’ mudelli partikolari li ssib fil-ħanut tagħhom u l-karatteristiċi differenti tagħhom.
L-erba’ mudelli huma:
-
Dolce Vita
-
Inoxtherm
-
Master
-
Saturno
Id-Dolce Vita għandu dak li jgħidulu ‘single lip’, jiġifieri l-borma tkun dritta minn ġewwa. It-tliet mudelli l-oħrajn, għandhom double lip. Dan ifisser li meta tpoġġi l-għatu fuq il-borma, din tissiġilla aħjar u allura titlef inqas sħana, iddum inqas biex issajjar l-ikel, l-ikel ma jinxiflekx u taħli inqas dawl u gass.
Waħda mid-differenzi prinċipali bejn il-mudelli hija l-ħxuna tal-materjal tal-borma u tal-qiegħ. Id-Dolce Vita u l-Inoxtherm għandhom ħxuna ta’ 0.8mm, filwaqt li l-qiegħ għandu ħxuna ta’ 6mm. Il-Master u s-Saturno għandhom ħxuna ta’ 1mm u l-qiegħ għandu ħxuna ta’ 12mm.
Għaliex hija importanti l-ħxuna tal-qiegħ? Aktar ma jkun oħxon il-qiegħ, il-borma aktar iddum ma tisħon. Madanakollu, meta tisħon, is-sħana tinfirex b’mod uniformi, tkun konservata b’mod aħjar u għalhekk l-ikel isir aħjar u aktar malajr.
Nista’ nuża dawn il-borom fuq induction hob? Iva! Dawn il-borom huma tajbin għal kull tip ta’ hob, inkluż dawk li jaħdmu bl-induction.