Karitajiet tal-aħħar tas-sena madwar id-dinja
Hija drawwa komuni illi fil-Milied, wieħed jagħti xi rigal, ċkejken kemm hu ċkejken lil dawk qrib tiegħu. Saħansitra, daħlet anki id-drawwa li ssir is-Secret Santa, fejn kollegi jixtru xi rigal żgħir lil xulxin. Imma mhux biss hawn drawwa illi nagħtu rigal lil dawk qrib tagħna, imma fiż-żmien tal-Milied u l-aħħar tas-sena , ħafna nies jaħsbu sabiex b’xi forma ta’ rigal jew flus, jaħsbu f’dawk il-persuni li għandhom bżonn iktar għajnuna, u għalhekk isiru diversi attivitajiet b’riżq il-karita.
L-ewwel ħsieb li jiġi f’moħħna meta nsemmu dawn it-tip t’attivitajiet huwa L-Istrina, attivita ta’ ġbir ta’ flus li ssir l-għada tal-Milied. Ma’ din l-attivita’ f’Malta jsiru ukoll diversi attivitjiet u ġbir t’ affarijiet għal dawk fil-bżonn, fosthom l-attivitajiet ta’ Children’s Dreams u ħarġiet għal tfal li jgħix fl-istituti.
Imma l-attivitjiet għall-karita’ ma jsirux biss f’Malta. Dawn li se nsemmu huma biss ftit attivitajiet li jsiru madwar id-dinja
Operations Christmas Child– Din hi attivita’ li ssir f’diversi pajjiżi, fejn persuni jiġu mħeġġa jimlew sempliċi kaxxa taż-żraben b’affarijiet bħal ġugarelli, affarijiet bżonnjużi għall-iskola, u affarijiet oħra. Dawn il-kaxxi imbagħad jiġu mqassma lil tfalli huma fil-bżonn, f’pajjiżi diversi.
Box of Hope- Simili għal Operations Christmas Child din l-inizjattiva tiffoka sabiex tiġbor affarijiet ta’ użu għal tfal fil-bżonn f’Hong Kong, il-post li din l-inizjattiva twaqqfet fih, u pajjiżi Asjatiċi oħra
SantaCon Events– Attivita’ b’differenza mit-tnejn li semmejna qabel. Fi bliet kbar bħal New York, San Francesco u Londra, eluf ta’ nies jipparteċipaw billi jilbsu kostumi marbuta maż-żmien tal-Milied, waqt li jieħdu sehem fi “ ġlied fil-bars”. Waqt dawn l-attivitajiet, jinġabru diversi flus sabiex jingataw għall-kawżi ġusti
Dawn huma biss ftit mill-attiviatjiet ta’ karita’ li jsib. Hemm oħrjn, u filwaqt li huwa tajjeb li wieħed isegwihom, anki għax uħud minnhom joffru divertiment, tajjeb li ndaħħlu ftit idejna fil-but u nagħtu xi ħaġa żgħira lil dawk inqas ixxurtjati minna