Kif tippjana vaganza li ma tbattalx il-bwiet

 Kif tippjana vaganza li ma tbattalx il-bwiet

Ħafna nies iħobbu isiefru, imma wieħed mill-akbar ostakli għas-safar huwa l-aspett finanzjarju, għax bħal ma wieħed jaf, biex wieħed isiefer irid jonfoq ammont mhux ħażin. Imma jekk issegwi dawn il-pariri, wieħed jista’ jinnota li l-ispiża li tiġih safra, jaf ikun ħafna anqas mis-soltu

1. Toħroġx saqajk barra mill-friex. Ippjana minn qabel dwar kemm int tista’ taffordja li tonfoq f’vaganza. Tinsiex li trid flus għal akkomodazzjoni, vjaġġar, ikel, attivitajiet , u aħseb għal xi emerġenza li tista’ tinqala. Jekk għandek budget t’elf Ewro, ippjana minn qabel kif bejn wieħed u ieħor se tqassmu

2. Agħżel destinazzjoni li taffordja. Jekk il-budget li għandek mhux għoli ħafna, tagħżilx xi destinazzjoni li sempliċi ikla tiswik ammont kbir mill-budget li għandek. Illum hawn ħafna linji tal-ajru li jmorru fi bliet sbieħ li huma meqjusa bħala mhux għaljin ħafna

3. Issefirx fil-peak season– Meta ssiefer fl-aqwa tas-sajf jew fi żmien il-Milied, il-probabbilta’ hi li l-istess safra tiġik aktar għalja milli kieku sifirt fl-istess destinazzjoni fi żmien aktar kwiet. Jekk issiefer off season, għandek il-probabbilta’ li kemm il-vjaġġ, kif ukoll l-akkomodazzjoni jiġuk irħas

4. Ipprova aħtaf l-offerti– Isiru ħafna offerti , speċjalment jekk tibbukja kmieni. Għalhekk ipprova ibbukja it-titjiriet meta l-kumpaniji jkunu qed joffru xi skont. Apparti minn hekk, wieħed jista’ jagħmel xi set alerts fuq websajts bħal Skyscanner, sabiex wieħed jiġi notifikat meta jorħos il-prezz.

5. Tieħux affarijiet żejda miegħek– Meta wieħed ma jieħux ħafna affarijiet żejda miegħu, ma jkollux bżonn bagalja kbira. B’hekk wieħed inaqqas mill-prezz li jkollu jħallas tal-bagalja. Kull qatra tgħodd

6. M’hemmx bżonn 5 star hotel– Jekk il-budget tiegħek hu limitat, m’hemmx għalfejn tibbukja fl-aqwa lukanda. Hotel jew appartament komdu, imma mhux lussuż iżżejjed, huwa biżżejjed. Fuq kollox, kemm se tqatta’ ħin fl-appartament jew lukanda?

7. Ibbukja l-akkomodazzjoni f’post kemm jista’ jkun ċentrali. Veru taf tiswik ftit iktar, imma trid tikkunsidra ukoll illi meta tkun alloġġat f’post ċentrali, jkollok inqas spejjeż fi vjaġġar. Ftit homework u matematika taf tgħinek

8. Uża l-mixi u transport pubbliku. Fejn tista’, imxi. B’hekk mhux biss tara l-post, imma ukoll tiffranka l-flus. Fejn ma tistax timxi, flok tikri taxi, tista’ tuża’ it-transport pubbliku, li f’ħafna pajjiżi hu effiċjenti ħafna

9. Mur attivitajiet li huma free– Fitex għal attivitajiet li m’hemmx bżonn tħallas, bħal xi mużew , parks jew attiviatjiet tal-massa

10. Iffranka fuq l-ikel– Naf li l-Maltin inħobbu nieklu, imma m’hemmx bżonn tmur tiekol fl-aqwa restoranti matul il-vaganza kollha. Tista’ ssajjar xi ħaġa fl-appartament li krejt, jew tfittex xi ħanut żgħir

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com