8 modi kif twaqqaf argument ma’ persuna narċissista
Meta tkun qed targumenta ma’ persuna narċissista se tispiċċa tħossok għajjien u bħal qisek qed titkellem għalxejn. Dan hekk kif dawn it-tip ta’ persuni għandhom bżonn iħossu li huma fil-kontroll tas-sitwazzjoni u għandhom bżonn kbir ta’ validazzjoni. Dan ifisser li affarijiet li jaf ikunu ċkejknin jispiċċaw jeskalaw.
Filwaqt li l-parir huwa li taqta’ l-kuntatt minn ma’ persuni tat-tip, għal min ma jistax jagħmel dan, hawn taħt se nsemmulkom xi modi kif tistgħu twaqqfu l-argumenti milli jeskalaw.
- Tgħallem x’inhuma s-sinjali li jwasslu biex jibdew argument – jekk hemm aġitazzjoni fiżika, kif jinbidlu l-espressjonijiet tal-wiċċ u anka l-mod kif tinbidel il-postura tagħhom.
- Antiċipa reazzjonijiet estremi – persuna narċissista se tgħajrek, tispiċċa ma tkellmekx jew tkun antipatka miegħek.
- Evita argumenti li ma jispiċċaw qatt – ħafna drabi dawn il-persuni jkomplu jduru u jduru mal-lewża. Irreżisti l-bżonn li tuża l-loġika fl-argument, għax tgħid x’tgħid se tipprovoka aktar frustazzjoni.
- Tiddibattix x’inhu tajjeb u ħażin – jekk targumenta dwar ta’ min hu t-tort se tispiċċa teskala s-sitwazzjoni. Minflok tiddefendi lilek inniffsek, iffoka fuq li trażżan l-argument.
- Uri empatija – ħafna drabi dan il-ġest kapaċi jrażżan ir-rabja. Għid frażijiet bħal “nifhem kif xi ħaġa tat-tip tista’ tweġġgħek.”
- Tippuntax swaba – evita l-użu ta’ kliem bħal “jien” u “int” għax probabbli se tkompli teskala s-sitwazzjoni. Minflok uża “aħna”.
- Wassalhom biex jaħsbu fuq xi ħaġa oħra – dawwar l-attenzjoni tagħhom fuq suġġetti newtrali jew affarijiet li taf li jħobbu jiddiskutu. Itlob l-opinjoni tagħhom.
- Ipprijoritizza lilek inniffsek – fl-aħħar mill-aħħar l-aktar mod san huwa li ttemm ir-relazzjoni. Persuna narċissista rarament tinbidel, u li tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek għandha tkun prijorità għalik.