Jaqa’ Żewġ Sulari U Jiġi f’Qiegħ ta’ Pixxina Vojta F’Għawdex
Raġel mill-Ghana u li joqgħod Marsalforn, Għawdex, weġġa’ gravi f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni, fix-Xagħra, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Sqaq ix-Xagħri meta r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u ġie
f’qiegħ ta’ pixxina vojta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Dan kien it-tieni inċident f’sit ta’ kostruzzjoni matul il-jum tat-Tnejn. Siegħa u nofs qabel, raġel mill-Pakistan waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħandaq u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.