Covid-19: Żewġ Imwiet Fi Ftit Sigħat – Il-Vittmi Jitilgħu Għal 55
Wara li dalgħodu tħabbret il-mewt tal-54 vittma tal-Covid-19, raġel ta’ 70 sena li ddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess, ftit tal-ħin ilu tħabbret it-tieni mewt tal-ġurnata, mara ta’ 88 sena.
L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-20 ta’ Ottubru u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-21 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum.
Fiż-żewġ każi l-Ministeru tas-Saħħa qal li ż-żewġ persuni kienu jbagħtu minn mard kroniku ieħor.