Jaqtgħu Ras Mara… Jgħajjat ‘Allahu Akbar’
Tliet persuna nqatlu f’attakk ieħor fil-belt ta’ Nizza fi Franza fejn is-Sindku Christian Estrosi qal li l-persuna li wettaq dan l-att beda jgħajjat “Allahu Akbar bosta drabi”.
Il-każ ġara għall-ħabta tad-9.00 fil-Bażilika ta’ Notre Dame fil-belt.
Il-pulizija sparaw lill-agressur li ttieħed l-isptar.
Dan il-każ ġara ftit jiem biss wara li l-għalliem Samuel Paty safa b’rasu maqtugħha wkoll minħabba li wera stampi mill-ġurnal Charlie Hebdo li juru lil Muhammad għarwien.
Ritratt: BBC