S’Issa Ebda Maltin Feruti Mit-Terremot Qawwi Fit-Turkija U L-Greċja

 S’Issa Ebda Maltin Feruti Mit-Terremot Qawwi Fit-Turkija U L-Greċja

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej esprima solidarjetà mat-Turkija u l-Greċja li fl-aħħar sigħat intlaqtu minn terremot qalil li ħakem il-belt ta’ Iżmir fit-Turkija kif ukoll xi gżejjer Griegi fil-baħar Eġew.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li qiegħed isegwi l-aħħar żvilluppi li qed jiġru u jinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet ikkonċernati. Permezz tal-uffiċjali tiegħu, il-Ministeru qal li mill-ewwel fittex li jagħmel kuntatt mal-Maltin li jinsabu fir-reġjuni milquta.

S’issa jidher li ma kienx hemm Maltin feruti kawża ta’ dan it-terremot.

Il-Ministeru ta ħajr lill-awtoritajiet ikkonċernati għar-rispons immedjat biex jipproteġu lil dawk kollha milquta.

Appella biex kull min jeħtieġ l-għajnuna jagħmel kuntatt mal-Ministeru permezz tal-email [email protected] jew fuq in-numri 21042200/ 21242191.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com