Jingħata bidu għall-Kampjonat ASMK
Ftit tal-jiem ilu ingħata bidu għall-istaġun 2020 / 2021 tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi fejn ġiet organizzata l-ewwel attività tal-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2020/21. Għal din l-attivita irreġistraw 30 kompetitur li kienu maqsuma f’erba’ klassijiet. Il-Kumitat Motocross ħabbar li dan l-istaġun ser ikollu tlett Kampjonati li huma: il-Kampjonat Nazzjonali Motocross Expert Riders, il-Kampjonat Nazzjonali Motocross Veterani li jaqaw fih sewwieqa li għandhom il-fuq minn 40 sena u għal l-ewwel darba din is-sena qed issir il-Kampjonat Nazzjonali Junior Riders li fih ser jipparteċipaw sewwieqa taħt is-16 il-sena.
F’Klassi A kien hemm tluq b’għaxar muturi fejn Kyle Camilleri fuq KTM iddomina il-ġurnata fejn irrnexielu jirbaħ iż-żewġ rounds. Huwa kien segwit minn Paul Muscat fuq Yamaha fl-ewwel tiġrija u minn Bernard Sammut fuq Beta fit-tieni tiġrija. Għalhekk Camillieri spiċċa fl-ewwel post u kien segwit minn Sammut fit-tieni u Muscat fit-tielet.
F’Klassi B rajna linja ta tluq komposta minn seba’ sewwieq fejn Aidan Camilleri fuq mutur Huqsvarna iddomina ż-żewġ tiġrijiet tal-ġurnata. Camilleri kien segwiet minn Etienne Caruana fuq mutur Honda u James Mamo fuq mutur Yamaha fl-ewwel tiġrija u minn Krist Falzon fuq mutur Huqsvarna u Mamo fit-tieni tiġrija. Ir-riżultat finali f’din il-klassi jikkonferma lil Camilleri bħala r-rebbieħ segwiet minn Mamo u Falzon fit-tieni u t-tielet post rispetivament.
Fil-Klassi tal-veterani kellna ħames parteċipanti fejn Paul Deguara fuq mutur KTM irrnexilu jirbaħ iz-zewġ rawnds tal-ġurnata segwiet min Jethro Sant fuq mutur Yamaha fl-ewwel rawnd u Arthur Micallef fuq mutur Sherco fit-tieni rawnd. Deguara rebaħ u kien segwiet minn Micallef u Sant li spiċċaw fit-tieni u it-tielet post rispetivament.
Fil-Klassi Junior ipparteċipaw sitt sewwieqa fejn Burien Grima fuq mutur KTM irrnexilu jirbaħ iż-żewġ heats tal-ġurnata. Grima kien dejjem segwit minn Liam Borg fuq mutur KTM u Jose Azzoapardi fuq mutur KTM ukoll. Grima għalhekk irreġistra l-ewwel rebħa u kien segwit minn Borg u Azzopardi fit-tieni u it-tielet post rispettivament.
L-Assoċjazzjoni ser tkompli bl-istaġun nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru fejn ser tkun qed tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2020/2021.
Ritratt: Mario Micallef