Pulizija Jidħlu F’Dar Wara Rapport U Jsibu Ħalliel Jistaħba Wara S-Sufan
Raġel li safa vittma ta’ intrużjoni ta’ ħalliel f’daru qal li l-azzjoni f’waqta tal-pulizija wasslet biex is-serqa li kienet se sseħ tiġi evitata.
Ir-raġel qal li għall-ħabta tal-5am tal-bieraħ, xi ġirien innutaw raġel jaqbeż ħajt biex jidħol fid-dar tal-familja Mizzi. Immedjatament il-ġirien ċemplu lill-pulizija u r-Rapid Intervention Unit intervjeniet fi ftit minuti, tant li daħlu fid-dar waqt li l-ħalliel kien għadu fid-dar u arrestawh meta sabuh jistaħba wara s-sufan.
Ramon Mizzi qal li mhux soltu jikteb fuq Facebook iżda f’dan il-każ ma setgħax ma jirringrazzjax lill-pulizija pubblikament.
“Hija xi ħaġa ta’ komfort li tkun taf li l-pulizija qed jagħmlu xogħolhom sew biex iżommuna sikuri waqt li aħna nkunu reqdin fi djarna”, temm jgħid is-sur Mizzi.
Ritratt: Facebook / The Malta Police Force