Daniel Muka Jipprova Jaħrab Mill-Ħabs F’Kordin
Daniel Muka huwa r-raġel li qed jaffaċċja akkużi kriminali għall-omiċidju doppju ta’ Christian Pandolfino u Igro Maciejowski, li seħħ f’Tas-Sliema ftit tal-ġimgħat ilu.
Muka, l-Albaniż ta’ 25 sena, prova jaħrab miċ-ċella tiegħu fil-jiem li għaddew. Uffiċjal tal-ħabs induna x’kien qed jagħmel Muka wara li nnota li t-twieqi taċ-ċella kieku mċaqalqa. Fiċ-ċella ta’ Muka kien hemm fili u konsenturi li ma kienux f’posthom u instabu wkoll xi armi u għodda li ħadem huwa stess minn materjal li sab fil-ħabs.
Intant, Muka tmexxa minn Division 5 u bħalissa qed jinżamm f’kamra ta’ iżolament.
Muka ammetta li huwa seraq mid-dar ta’ Pandolfino u Maciejowski iżda qed jinsisti li huwa ma kienx involut fil-qtil taż-żewġ irġiel.
Ritratt: timesofmalta.com