Il-Maskri Kemm Fil-Verita’ Qiegħdin Jagħmlu Effett?
Għaliex hemm bżonn illi jintlibsu il-maskri meta il-virus mhux qiegħed fl-arja? Il-Professur Michael Borg, Konsulent fl-Isptar Mater Dei jispjega xi fatti dwar il-maskri, kif irrapurtat fis-sit timesofmalta.com.
Kif jiġi trasmess il-virus?
Primarjament, billi tibla il-qtar minn persuna infettata meta tkun viċin tagħha jew billi tmiss il-wiċċ wara li tkun ġejt f’kuntatt mal-virus meta jkun iddepożitat fuq xi oġġett.
Għalfejn qiegħdin niġu mitluba nilbsu l-maskri?
Il-maskri jipprovdu protezzjoni effettiva biex iwaqqfu l-qtar milli jtir. Il-maskri jintlibsu biex tipproteġu lil ħaddieħor. Jekk kulħadd jilbes il-maskra, inkunu qed nipproteġu lil ta’ madwarna, anka dawk li ma jistgħux jilbsuha. Bil-maskra nipproteġu ukoll lilna nfusna.
Il-Maskri huma soluzzjoni għall-pandemija?
Bil-maskri mhux ħa jseħħu mirakli. Li nilbsu l-maskri mhux biżżejjed. Irridu ukoll naħslu jdejna ta’ spiss u nużaw is-sanitisers ma’ jdejna, nevitaw li mmorru ġo postijiet magħluqin u nevitaw il-folol.
Ritratt: timesofmalta.com