“Jagħmlu Stejjer Meta Naqilgħu Xi Siġra Biex Nirranġaw Triq… Imma Meta Nħawlu Bl-Eluf Ma Tinstemax”
“Ħafna drabi xi mezzi tax-xandir jagħmlu stejjer sħaħ meta naqilgħu xi siġra sabiex nirranġaw xi triq li ma nkunux nistgħu nagħmlu mod ieħor dwarha. Iżda, meta nħawlu siġar bl-eluf din ma tantx tisemma.”
Hekk kiteb il-Ministru Ian Borg fuq il-facebook tiegħu fejn tenna li jinsab kburi li f’sentejn mit-twelid ta’ Infrastructure Malta lil hawn, tħawlu madwar 20,000 siġra ġdida.
“Il-miżien jitkellem waħdu, għal min irid ikun ġust. Kburi bil-ħidma li qed nagħmlu għal ġid ta’ kull rokna f’pajjiżna”, temm jgħid il-Ministru Borg.