Il-Ministru Fearne B’Soluzzjoni Għal Min Iddejjqu L-Maskra Meta Joħroġ Jimxi

 Il-Ministru Fearne B’Soluzzjoni Għal Min Iddejjqu L-Maskra Meta Joħroġ Jimxi

Ilbieraħ waqt il-programm televiżiv L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa diversi persuni staqsew lill-Ministru Fearne mistoqsijiet relatati mal-pandemija.

Fost l-oħrajn, ic-Chief Coach Matthaeus Grasso staqsa dwar l-ilbies tal-maskri waqt li persuna toħroġ timxi sabiex tagħmel l-eżeċizzju. Huwa qal li dawk il-persuni li l-aktar li għandhom bżonn jimxu, minħabba l-obesità fost l-oħrajn, l-aktar li qed jaqtgħu qalbhom għaliex il-maskra taqtgħalhom nifishom.

Meta mistoqsi dwar dan, il-Ministru Fearne saħaq li din kienet ir-raġuni ewlenija għalfejn iddeċiedew li l-ilbies tal-visor m’għandux ikun projbit. Huwa qal li minkejja l-maskra hija aktar effettiva mill-visor, dawk il-persuni li jħossuhom li ma jistgħux jilbsu l-maska qed jilbsu l-visor, filwaqt li ma jkunu qed jiksru l-ebda liġi.

Il-Ministru Fearne qabel ma’ Grasso li “mhux il-Covid-19 biss jeżisti” u li “jekk niffukaw fuq il-Covid-19 biss u ninsew il-mard l-ieħor inkunu qed nagħmlu ħażin”. B’hekk huwa importanti li wieħed ma jħallix ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 jaffettwaw l-eżerċizzju fiżiku, għaliex filwaqt li nkunu qed nipprevjenu problema waħda inkunu qed noħolqu diversi oħrajn.

“Idealment tilbes il-maskra, iżda jekk inti trid tmur timxi u l-maskra ddejjqek, għandek tilbes il-visor”, qal Mr Fearne.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com