Bil-Filmat: Chasing Sunsets – Junior Eurovision 2020
Fid-29 ta’ Novembru li ġej , Malta ħa tkun qed tieħu sehem fil-Junior Eurovision Song Contest. Edizzjoni u spettaklu differenti minn dak li naraw is-soltu!
Iċ-ċkejkna Chanel Monseigneur ħa tkun qed tirrapreżenta lil Malta f’din l-edizzjoni bil-kanzunetta Chasing Sunsets. Liema kanzunetta hija miktuba minn Emil Calleja Bayliss, Peter Borg, Aleandro Spiteri Monseigneur u Joe Roscoe.
Il-kanzunetta qed twassal messaġġ pożittiv, messaġġ li kull wieħed u waħda minnha m’għandu qatt jaqta’ qalbu u dejjem jibqa’ jiġri wara l-ħolm tiegħu. Messaġġ li bla dubju huwa ferm importanti specjalment miż-żminijiet li ghaddejja id-dinja minnhom fil-mument.
Il-kanzunetta Maltija telgħet fuq il-youtube channel u f’anqas min sagħtejn diġà kellha aktar minn hamest elef view.
Il-finali ser tixxandar il-Ħadd 29 ta’ Novembru fejn minn naħa tagħna inħeġġu lil-Maltin kollha biex dakinhar ikunu parteċipi u jivvotaw għall-kanzunetta tagħna ukoll.
Minn naħa tagħna ser inżommukom infurmati dwar dan u aktar fil-ġranet li ġejjin.
StradaRjali minn qalbna nawguraw lil Chanel Monseigneur kif ukoll lit-tim tagħha kull suċċess f’din l-avventura.
Awguri Chanel!