“Din L-Istorja Ma Kont Għedtha Lil Ħadd…” – Mark Lil Peppi Azzopardi

 “Din L-Istorja Ma Kont Għedtha Lil Ħadd…” – Mark Lil Peppi Azzopardi

“Din l-istorja ma kont għedtha lil ħadd. Qatt. Lanqas int ma kont tafha. Imma lbieraħ, x’ħin rajtek tieħu l-Gold Award fil-Malta Journalism Awards, qalbi reġgħet xegħlet b’dak li għaddejna minnu waqt li qed nagħmlu Xarabank. U bkejt bil-ferħ.”

Hekk kiteb Mark Laurence Zammit fuq il-facebook tiegħu b’referenza għal Peppi Azzopardi li spjega kif 4 snin ilu, f’xi s-sagħtejn ta’ filgħodu waqt li kienu qed jiktbu l-iscript għal Xarabank, Peppi waqaf jittajpja u lil Mark qallu: “Nixtieq ngħinek ħalli tibda tippreżenta Xarabank int. Floki.”

Spjega kif wara li telaq minn Ħal Qormi, irrealizza li Peppi kien għadu kif ippreżentalu opportunità tad-deheb u tah 20 sena minn ħajtu; il-baby tiegħu… il-programm li welled hu.

Kompla jgħid li sal-lum għadu qatt ma ra bħalu; bniedem li ma jafx jgħir avolja jsib bosta ostakli u “anke Rajt nies jaħdmu kontrik u flok iżżomm f’qalbek, rajtek tagħmlilhom il-ġid minn wara daharhom, u sal-lum, huma stess għadhom lanqas jafu.”

Prosit u awguri Peppi. tajjeb wieħed jiftakar ukoll li Peppi kien il-moħħ wara l-Istrina; il-maratona li tant għamlet ġid tul is-snin.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com