Matthew Iħoss Li La Hu Raġel U Lanqas Mara
Nhar l-Erbgħa li ġej, persuni LGBTIQ+ u l-familjari tagħhom se jkunu fuq il-programm ta’ Mark Laurence Zammit, ‘L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa’.
Intant, fuq il-paġna ta’ Facebook tal-istess programm bdew jittellgħu siltiet mill-intervisti. Fost l-oħrajn Mark iltaqa’ ma’ Matthew li “jħoss li la huwa raġel u lanqas mara”. Matthew jitkellem dwar it-tbatija li għadda minnha minħabba l-ġeneru u jirrakonta li meta kien żgħir kien jitlob lil Alla biex jew idawru f’persuna straight jew inkella jieħdu.
Storja oħra hija dik ta’ Ruth, li bintha, jew aħjar aħjar binha, kien qalilha li hu tifel u mhux tifla, minkejja li twieled b’ġisem ta’ tifla.