95% Rata Ta’ Suċċess: Moderna Toħroġ B’Vaċċin Iktar Effikaċi

 95% Rata Ta’ Suċċess: Moderna Toħroġ B’Vaċċin Iktar Effikaċi

Aħbar tajba oħra dwar il-vaċċin kontra l-virus COVID-19, fejn kumpanija farmaċewtika Moderna ħabbret illum li l-progress tagħha fil-vaċċin imur lil hinn minn dak ġa mħabbar minn Pfizer il-ġimgħa l-oħra ta’ 90%, fejn Moderna tħabbar rata ta’ suċċess ta’ 95%.

Iż-żewġ kumpaniji msemmija ħadmu ma’ għexieren ta’ eluf ta’ parteċipanti sabiex wasslu għal dawn il-persentaġġi, u t-tnejn jistqarru li l-vaċċin ma jkollux effetti sekondarji fuq kundizzjonijiet mediċi oħra li ġew kontra-eżaminati, u propju għal dawn ir-raġunijiet li l-perċentwal tal-effiċjenza tal-vaċċini huma t-tnejn għoljin.

Meta mediċina tkun għaddiet mit-tielet stadju ta’ testjar, dan ikun ifisser li inġenerali l-mediċina ma tkunx toffri periklu. Dawn iż-żewġ kumpaniji farmaċewtiċi laħqu dan it-tielet stadju msemmi, b’Moderna li issa qiegħda b’rata ftit ogħla ta’ suċess minn Pfizer.

Ritratt statnews.com

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com