Aġġornat Bir-Ritratti: Numru Ta’ Persuni Feruti F’Inċident F’Birżebbuġa
Tliet persuni ddaħħlu l-isptar wara li llejla ndarbu f’inċident li fih kienu involuti tliet karozzi fl-inħawi tal-Qajjenza f’Birżebbuġa.
Dan is-sit jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vann, karozza tal-għamla Nissan Qashqai u Fiat Punto.
Il-Punto spiċċat mdendla bir-roti ta’ wara fl-arja waqt li l-vann spiċċa maqliub fuq ġenb.
Minnufih fuq il-post intbagħtu ħames vetturi tal-Protezzjoni ċivili biex joħorġu n-nies li spiċċaw maqbuda fil-vetturi.
Fuq il-post intbagħtu wkoll għadd ta’ ambulanzi li ħadu tliet persuni l-isptar. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-inestigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.