Il-Qtil Doppju f’Tas-Sliema: Id-Daniż Se Jitressaq Il-Qorti llum

 Il-Qtil Doppju f’Tas-Sliema: Id-Daniż Se Jitressaq Il-Qorti llum

Jesper Kristiansen, id-Daniż li lbieraħ wasal Malta permezz ta’ ħruġ ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew se jitressaq il-qorti dalgħodu u jiġi mixli bil-qtil doppju f’Tas-Sliema. Huwa ħarab minn pajjiżna ftit tal-jiem wara li l-Pulizija kienet waslet biex tarrestah.

Huwa se jitressaq il-qorti għall-ħabta tal-11.00 a.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ser tressqu l-qorti b’rabta mal-omiċidju doppju f’Tas-Sliema.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com