Din hija

Maria Christina Mallia

Maria Christina, mhux Maria

 

Tħobb il-Malti u tħobb tistaqsi. Magħha se tkunu qed titgħallmu dwar il-lingwa u taqtgħu l-kurżitajiet li għandkom dwar personalitajiet Maltin. Tal-lingwi din. Trid tqis kliemek magħha għax malajr taħtfek jekk tħalli xi ħaġa barra, speċjalment it-tieni parti ta’ isimha.

Maria Christina ma tagħlaqx il-ġurnata tagħha qabel ma tixrob tliet kafejiet u ddejjaq minn tal-inqas persuna waħda dwar xi fatt tal-Malti. U meta ma tkunx qed tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet, probabbli tkun qed titħambaq mar-Raggio għax isejħilha Maria, u mhux Maria Christina.

Insomma, naqra hekk din, kif taqbad tgħid ermmm… perfezzjonista imma fl-istess ħin tħobb tisfida l-istruttura u l-ordni ta’ kollox. U forsi b’hekk spiċċat il-producer ta’ Strada Rjali.  

Faqqa 'follow' lill Maria Christina fuq 

Get in touch

Want to partner up to create engaging content? Give us a call on 7922 2214 or click ‘Get in touch’ below to fill in a form