Baqa’ 40 Jum Biex Tintemm Is-Sena 2020… X’Ħa Nistennew Fl-2021?
40 jum ieħor u nkantaw l-Aud Lang Syne; il-kanzunetta marbuta ma’ tmiem is-sena u bidu ta’ oħra ġdida. Sena li nittamaw li tkun aħjar minn din.
Din is-sena tibqa’ magħrufa għall-virus Covid-19 imma wkoll sena li għallmitna ħafna. Punt qawwi li ħareġ kien, li għandek kemm għandek flus, inti min inti u xi stat għandek, xorta waħda quddiem is-saħħa, aħna lkoll fraġli.
Mill-att pożittiv, din is-sena għallmitna kemm irridu napprezzaw il-mument u nieħdu ħsieb saħħitna. Hija sena li fakkritna kemm irridu nżommu l-iġenè personali fl-aqwa livell kif ukoll l-indafa fejn inkunu.
Donnu li kellna ngħaddu minn dan kollux biex niftakru. Kellna bżonn tumakka bħal din biex nitgħallmu nirrispettaw iżjed lil xulxin?
Imma ejjew ma naqtgħux qalbna. Inħarsu ‘l quddiem. Xejn mhu etern. Qas aħna stess.
Nagħmlu kuraġġ għaliex għada jisbaħ aħjar. Dan il-virus nemmnu li ser jinstablu kappell jiġieh ukoll. L-umanità għandha t-tajjeb tagħha wkoll u ser terġa’ turina l-kapaċità tagħha! Ejjew nemmnu u nżommu lilna nfusna pożittivi.
Inwasslu kliem sabiħ lil xulxin. Inferrħu. Nitbissmu. Nitgħallmu u nikbru flimkien. Kuraġġ għal aktar sforz kollettiv għaliex għada ser jisbaħ aħjar…