About
us

Strada Rjali
Stradarjali – Fejn kulħadd jgħid tiegħu. Hekk kien l-islogan li nħoloq fil-bidu ta’ din il-paġna fl-2019 u li għadu utli sal-lum. Clifford Galea kien ippreżenta l-idea lil Quinton Scerri li min-naħa tiegħu kien ġa ħareġ bl-isem ta’ Stradarjali, saħansitra anke l-logo li kien jinkludi l-għajn tal-luzzu Malti. Mill-bidu, ingħaqad mad-duo, Clint Bajada u minn dakinhar sal-lum, diġà kważi għaddew sitt snin. It-tnedija tagħha kien nhar il-21 ta’ Settembru tal-2019. Minn dak iż-żmien s’issa, l-interess dejjem kiber, bil-paġna fuq Facebook ittella’ ammont sabiħ ta’ segwaċi.
Fil-bidu tagħha, Stradarjali.com kienet tinkludi ftit minn kollox; politika, kultura, aħbarijiet, temp, stejjer umani, storja ta’ Malta u bla dubju, matul il-pandemija tal-Covid-19, tat aġġornamenti kontinwi dwar is-sitwazzjoni kemm lokali u anke dik internazzjonali. Stradarjali kella wkoll aħbarijiet ta’ interess minn barra minn xtutna.
Fl-2022, il-portal għadda f’idejn Danusan fejn it-tmexxija l-ġdida għamlet tibdil fid-dehra ta’ Stradarjali.com u anke fil-kontenut, b’iżjed kollaboraturi li bdew jinkludu diversi filmati (reels) u anke materjal żagħżugħ li jappella għaż-żminijiet tal-lum. Il-kontenut beda jinkludi iżjed umoriżmu u anke tagħrif dwar dak li niltaqgħu miegħu ta’ kuljum saħansita fuq x’nilbsu, fejn nistgħu noħorġu biex niddevertu, avvenimenti għall-familji, u anke informazzjoni dwar saħħitna. Anke biex inżommu ruħna attraenti għall-udjenza tal-lum. L-istorja u l-kultura ma naqsitx. Stradarjali.com hija miftuħa għal kulħadd fejn anke wieħed jista’ jirreklama l-prodott tiegħu.
Lejn l-aħħar tal-2024, Matthew Raggio jew ahjar ir-Raggio, ħa f’idejh it-tmexxija ta’ Stradarjali, dejjem taħt isem id-Danusan. Matthew, bl-għajnuna ta’ kollegi oħrajn, kabbar sew din il-paġna permezz tal-filmati, fejn bil-komiċita tiegħu u d-dehra ġdida ta’ kif wieħed jew waħda jaraw reklam, iġġenera ammont kbir ta’ segwaċi ġodda. Fl-2025, Stradarjali riedet taqa’ taħt tmexxija oħra.
Il-portal issa għadda kompletament taħt it-tmexxija ta’ Daniel Chircop u Matthew Raggio, fejn għal darb’oħra, Stradarjali reġgħet għaddiet minn bidla totali. Stradarjali kisbet dehra ġdida u uċuh ġodda, flimkien ma’ oħrajn familjari fuq il-midja soċjali jew fuq it-televiżjoni lokali. Stradarjali issa saret l-ewwel portal tad-divertiment f’Malta. Insa l-artikli bla sugu bil-għan li inti tagħfas fuqhom, u intefgħa siegħa ssegwi kontenut li verament jinteressak.
In-numri ta’ Strada
Minn Settembru 2025 – S’issa
Fl-aħħar sitt xhur
It-total medju ta’ viżitazzjonijiet fix-xahar
It-total medju ta’ viżitaturi individwali li lħaqna fix-xahar
About
us

Raggio & Daniel

In-numri ta’ Strada . . .