Din hija

Demaris
Agius

Life of Mum D

 

Demaris jew aħjar Life of mum D, mara dħulija, soċjevoli, tħobb l-umoriżmu, omm, titkellem dwar l-ADHD, u minn dejjem kienet tħobb il-midja u tissoċjalizza fuq il-midja soċjali. Fl-2020 iddeċidiet li l-passatemp tagħha tieħdu aktar bis-serjetà biex ikun anke xogħolha u hekk għamlet. Xammret il-kmiem, qabdet il-barri minn qrunu, studjat u ġabet diploma fid-Digital Marketing u bdiet taħdem fuq il-midja soċjali fuq bażi full time, kemm bħala Social Media Content Creator u Marketer  kif ukoll bħala Social Media Manager. Demaris bdiet tibni isimha mill-profili tag moħha u minn hemm bdiet issir familjari. Kompliet tikber u żiedet il-kontenut tagħha wkoll. Demaris ittella’ varjetà ta’ kontenut, mill-ħajja bħala omm, fejn ta’ sikwiet tidher tagħmel logħob jew sfidi mat-tfal tagħha, u xi kultant iżżeffen lir-raġel tagħha ovvjament. Għandha ‘l fuq minn 54,000 follower u ammont sostanzjali ta’ views fuq il-midja soċjali u jsibuha bħala Life of Mum D. Fl-2024, Demaris ikkollaborat ma’ Strada Rjali u din il-kollaborazzjoni marret tant tajjeb li fl-2025, Strada Rjali u Demaris komplew jikkollabboraw. Demaris issa hija wkoll waħda mill-kreaturi ta’ Strada Rjali.

Faqqa 'follow' lill Demaris fuq 

Get in touch

Want to partner up to create engaging content? Give us a call on 99** **** or click ‘Get in touch’ below to fill in a form