Dan huwa

Matthew

Raggio

 

Ir-Raggio jekk jgħid li ilu fix-xena tal-midja jkun qed jigdeb u jkompli jikbirlu mnieħru!

Minn ta’ età żgħira kien iħobb jaqbad xi mikrofonu f’idu biex ikanta d-diski ta’ Joe Demicoli, jew jara xi film ta’ Mr.Bean jew Jim Carrey u jagħmel bħalhom, jew jipprova jiżżattat x’imkien. Infatti kif kellu 17-il sena qabad jidderieġi 4 musicals fit-teatru tal-komunità.

Fl-2021 ġietu l-opportunità li jkun il-producer tad-Danusan biex minn hemm tawh l-opportunità li jkun fuq ir-radju kif ukoll fuq is-serje popolari ‘Il-Willy’ fil-parti tal-’Pinny’.

Minn hemm, ir-Raggio ntlaqa’ tajjeb man-nies u ftit wara għamel l-ewwel xow komiku tiegħu mad-Danusan biex spiċċa għamel 3 xows komiċi magħhom. Fl-2023 qabad jidher ftit fuq Stradarjali biex fl-2024 beda jagħmel vidjows fil-festi u nistgħu ngħidu li l-vidjows niżlu għasel man-nies.

Kompla bir-riklami tal-klijenti fuq Strada Rjali u kif jaf kulħadd, waħħal lill-udjenza jaraw dawn ir-riklami permezz tal-komiċita tiegħu.

Ir-Raggio awtomatikament sar il-wiċċ ta’ Stradarjali biex issa qed imexxi din il-portal flimkien ma’ Daniel Chircop u Maria Christina Mallia.

Faqqa 'follow' lir-Raggio fuq