60,000 Persuna Jniżżlu L-Covid Alert Malta App fi 3 Ijiem… Kun Af Min Hu Nfettat!!!
Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo ħabbar li fi żmien 3 ijiem, 60,000 persuna niżżlet l-app: Covid Alert Malta. Bartolo ħeġġeġ lill-pubbliku biex iniżżel din l-app li tista’ tkun t’gżajnuna kbira għall-pubbliku inġenerali.
Id-Deputat Prim Ministru kien semma li din l-app titniżżel fuq bażi volontarja, u ma żżom l-ebda informazzjoni personali tal-individwu, ma tagħmilx użu minn GPS tracking u hija approvata saħansitra mill-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data.
L-app taħdem biss meta kemm il-persuna bil-Covid-19 kif ukoll il-persuna li kellha kuntatt miegħu/magħha jkollhom l-app fuq il-mobile tagħhom. In-notifika tintbagħat lil kull min ikun għamel minn tal-inqas 15-il minuta f’distanza ta’ 2 metri jew eqreb ta’ persuna infettata.
Fl-ebda ħin ma tkun żvelata l-identità tal-persuna infettata, mal-kuntatti li jirċievu n-notifika, iżda tħeġġek iċċempel 111 biex tagħmel swab test.
Ritratt: Doi/ Jeremy Wonnacott